Thursday, October 29, 2009
Il-vaganzi tas-sajf
Fis-sajf in-nanna u n-nannu ta' Franza ġew hawn Malta għall-vaganzi tas-sajt. Jien ħadt pjaċir ngħum magħhom. Ħadnihom ġurnata Għawdex biex jaraw il-postijiet sbieħ ta' hemmhekk. Ħriġna nieklu barra għax iħobbu l-ħut ta' Malta u Għawdex. Il-ħut favorit tagħhom hu l-lampuki. Morna wkoll il-Belt Valletta. Hemm rajna wirja dwar il-bini ġdid li se jsir fil-Belt. Wara li telqu n-nanniet mort dawra ma' Malta bid-dgħajsa. Għal biċċa mill-vjaġġ soqt id-dgħajsa jien.
Jiddispjaċini li għadda s-sajf, imma kuntent li bdiet l-iskola!
Benoit
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment